Thursday, April 21, 2011

1 comment:

  1. Jien ghomru kollu hdimt b'salarju fiss. Tal-Income tax kienu jafu ezatt x'naqla sa l'inqas centezmu. Dejjem zammew kemm riedu, kif riedu u meta riedu. L-unika problema li gieli kelli maghhom kienet meta kont nitlobhom bil-hniena biex iziduli r-rata tal-PAYE imma huma qatt ma taw ebda kas tieghi. Imbaghad meta jfettlilhom jibaghtu jghiduli li ghandi ntihom tant u tant. U jien, bhal baghal, nibaghtilhom cekk kull xahar halli nhallas "id-dejn". Jiena nifhem li t-taxxi jridu jithallsu nkella ma nistghux nippretendu l-beneficcji socjali li ghandna aqwa minn ta' hafna pajjizi ohra. Jekkmic-cekk jasal naqra tard, iwahhluni multa. Pacenzja. Imma jien ghalhekk ninharaq meta nara tant tfajliet, haw il-Mosta, kollha maghduda bhal single mothers, meta huma qeghdin pogguti mal-partner taghhom u qeghdin jghixu hajja perfettament ta' mizzewgin. Mhux biss ghandhom il-partner dawn, imma aktarx li huma, is-single mothers, jahdmu wkoll part time jew full time u jaqilghuha tajjeb. Imbaghad haw ahna, il-povri taxpayers, li lil dan is-single mothers nisponsorjawlhom il-bluha taghhom u minn fuq daharna l*-Gvern jibaghtilhom ic-cekkijiet. Id-dawl bla surcharge u kull beneficcju iehor immaginabbli.

    Naf hafna ohrajn, irgiel, li jew taparsi jirregistraw ghax-xoghol jew taparsi ma jifilhux ecc ecc. Dawn ukoll, minn fuq daharna, qeghdin jibilghu somom kbar ta' flus u qeghdin jghixu verament fil-lussu. VERU GHARUKAZA. Wasal iz-zmoien li l-awtoritajiet jiehdu passi halli dan is-serq sfaccat minn fuq daharna jieqaf. Hafna minn dawn l-abbuzi jsiru fil-berah u fid-dawl tax-xemx. Kulhadd jaf bihom dawen l-abbuzi barra l-ministri koncernati.

    ReplyDelete